primaryhealthcare.gov.mt

konsultazzjonijiet pubbliċi

Merħba

It-TEAM multidixxiplinarju tal-Kura tas-Saħħa Primarja huwa impenjat għall-eċċellenza; għall-ogħla livell u kwalità possibbli ta’ twassil ta’ servizz integrat tal-kura tas-saħħa primarja, filwaqt li nkomplu nesploraw toroq ġodda biex inżidu aktar l-aċċessibbiltà tal-pazjenti fil-komunità.

Kont taf?

Il-Kura tas-Saħħa Primarja hija responsabbli għall-għoti ta’ aktar minn 50 servizz pubbliku tal-kura primarja fil-komunità madwar il-pajjiż kollu, prinċipalment permezz taċ-Ċentri tas-Saħħa li jinsabu strateġikament, Kliniki tal-Komunità, Ċentri ta’ Eċċellenza, iċ-Ċentru ta’ Appoġġ għall-Klijent tat-Telemediċina 24/7, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Iscreening, u l-Occupational Health Unit. Is-servizzi kollha huma bla ħlas u mogħtija mit-tim multi-professjonali tal-kura tas-Saħħa Primarja; li jikkonsisti minn tobba mediċi, infermiera, fiżjoterapisti, radjografi, podiatris, patologi tad-diskors u tal-lingwa, spiżjara, tekniċi tal-ispiżerija, assistenti tal-kura tas-saħħa, ħaddiema soċjali, phlebotomists, dieticians u nutrizzjonisti.