​Dan is-servizz huwa disponibbli miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Il-klinika hija miftuħa kull nhar ta’ Ġimgħa bil-ħinijiet tal-ftuħ tal-klinika jalternaw bejn is-1pm sal-5pm u s-2pm sas-6pm.​

Pazjenti li jbatu minn Fibromyalgia huma segwiti minn Tobba Ġenerali b’interess speċjali fil-Fibromyalgia.

L-appuntamenti f’din il-klinika huma riferuti biss mill-Konsulent Rewmatologu fl-Isptar Mater Dei. Każijiet ġodda għandhom jiġu riferuti l-Isptar Mater Dei.

Huwa rakkomandabbli li ġġib miegħek il-lista attwali tal-mediċini għaż-żjara.