Iċ-Ċentri tas-Saħħa huma ċ-ċentru tas-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja pprovduti mill-Gvern. Minbarra s-servizzi ta’ tabib ġenerali u infermiera, jingħataw diversi servizzi speċjalizzati tas-saħħa. Dawn jinkludu podjatrija, fiżjoterapija, immunizzazzjoni, terapija tad-diskors, kliniki ta’ qabel it-twelid u ta’ wara t-twelid, kliniki Well Baby u Pediatric, kliniki tad-dijabete, kliniki ortopediċi u kliniki tal-feriti. Peress li l-ħinijiet u d-disponibbiltà ta’ dawn il-kliniċi jvarjaw, għal aktar informazzjoni l-pubbliku huwa ġentilment mitlub jikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Appoġġ għall-Klijent fuq 21 231 231.

Fil-preżent hemm għaxar Ċentri tas-Saħħa (HCs). Floriana HC għandha żewġ satelliti, Gzira HC u Qormi HC. Raħal Ġdid għandu żewġ satelliti, Bormla HC u Kirkop HC. Mosta HC għandha żewġ satelliti, Rabat HC u Birkirkara HC. Il-pubbliku huwa mitlub jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa li jaqdi l-lokalità tar-residenza tiegħu/tagħha.

Il-pubbliku huwa mitlub jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa li jaqdi l-lokalità tar-residenza tiegħu/tagħha.

Numri tat-telefon:

Appoġġ għall-Klijent tal-Kura tas-Saħħa Primarja: 21231231 / 21222444

Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana
Triq Frangisk Saver Fenech, Floriana. FRN-1211
Għal persuni residenti: Pieta’, G’Mangia, Valletta, Floriana, Hamrun, Sta. Venera u l-Marsa.

Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira
Pjazza Meme’ Scicluna, Gzira. GZR-1120
Għal persuni residenti l-Imsida, Ta’ Xbiex, il-Gzira, Tas-Sliema, il-Kappara, San Gwann, Taz-Zwejt, San Ġiljan, Swieqi, L-Ibrag, Sant’Andrija, Pembroke, High Ridge u Ġonna tar-Rabat.

Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi
Triq il-Vitorja, Qormi. QRM-2503
Għal persuni residenti Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, l-Imrieħel (lejn Ħal Qormi) u s-Siġġiewi.

Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid
Pjazza Antoine De Paule, Paola. PLA-1266
Għal persuni residenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Sta. Lucia, Birzebbuga, Zejtun, Marsaxlokk, Zabbar, Marsascala, Xghajra, Fgura, Gudja, Ghaxaq, Benghajsa.

Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla
Triq Ljun, Bormla. BLM-1921
Għal persuni residenti Bormla, il-Birgu, l-Isla, u l-Kalkara.
Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop​
Triq Danny Cremona, Kirkop. KKP-1703
Għal persuni residenti Hal Far, Hal Farrug, Hal Kirkop, Hal Safi, Hal Luqa, L-Imqabba, Il-Qrendi u Iz-Zurrieq. Meta s-servizz ta’ General Practitioner ma jkunx disponibbli, il-pazjenti għandhom jattendu ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.

Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
Pjazza tar-Rotunda, Mosta. MST-9059
Għal persuni residenti l-Mosta, in-Naxxar, l-Għarghur, l-Imġarr, Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Burmarrad, Buġibba, Qawra, Bahar ic-Caghaq, Madliena, Mriehel (parti minn), Fleur-de-lys, Salina, Xemxija. , Manikata, Bidnija, Zebbiegh, Maghtab, Ta’Qali, Ghadira, Cirkewwa.

Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat
Ċentru Ċiviku, Triq San Kataldu, Rabat. RBT-1528
Għall-persuni residenti r-Rabat, l-Imdina, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, Ħ’Attard, il-Baħrija u l-Kunċizzjoni.

Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara​
Triq Tumas Fenech, Birkirkara. BKR-2527
Għal persuni residenti Birkirkara, Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan, bħalissa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am -8pm u s-Sibtijiet 8am – 1pm. Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bkara huwa magħluq fil-festi pubbliċi.

Għall-kundizzjonijiet kollha li jeħtieġu kura medika akuta jew immedjata meta ċ-ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara jkun magħluq, dawn ir-residenti għandhom jagħmlu użu mis-servizzi ta’ tabib ġenerali miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat
Triq Enrico Mizzi, Victoria, Gozo. VCT-2041
Għal persuni residenti Għawdex
Tel No. 22156820

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.