IL-MISSJONI TAGHNA

Il-Kap Eżekuttiv huwa responsabbli għall-għoti ta’ servizzi fil-livell tal-kura tas-saħħa primarja u jorganizza u jikkoordina l-funzjonijiet kollha li jappartjenu għaċ-Ċentri tas-Saħħa. L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jiżgura l-iżvilupp u ż-żamma ta’ continuum aċċessibbli u integrat tas-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja u għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku għat-tisħiħ tal-Kura tas-Saħħa Primarja. Il-Kap Eżekuttiv jiżgura li s-servizzi fi ħdan id-direttorat qed joperaw skont il-politika, l-istrateġija, ir-regolamenti u l-istandards tal-Ministeru. Il-Kap Eżekuttiv jiżgura wkoll li s-servizzi jingħataw skont il-ħtiġijiet tal-utent u li d-drittijiet tal-utenti jiġu rispettati.

It-TEAM multidixxiplinarju tal-Kura tas-Saħħa Primarja huwa impenjat għall-eċċellenza; għall-ogħla livell u kwalità possibbli ta’ twassil ta’ servizz integrat tal-kura tas-saħħa primarja, filwaqt li nkomplu nesploraw toroq ġodda biex inżidu aktar l-aċċessibbiltà tal-pazjenti fil-komunità.

Il-Kura tas-Saħħa Primarja ma tittollera ebda forma ta’ vjolenza jew aggressjoni, inkluż abbuż verbali kontra l-istaff, qraba jew pazjenti tagħha.