Inti intitolat li tiġi riferut għal ECG (Electrocardiogram) mit-tabib tiegħek li jrid jimla biljett ta’ referenza jew mit-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa li jrid jimla formola ta’ talba għall-ECG taċ-Ċentru tas-Saħħa.

Jekk jogħġbok ġib miegħek il-Karta tal-Identità tiegħek, il-ktejjeb tal-appuntamenti u l-formola tat-talba tal-ECG.

ECGs jittieħdu b’appuntament. Biex tagħmel appuntament, jekk jogħġbok ċempel liċ-Ċentru tas-Saħħa taż-żona tal-ġbir tiegħek bejn l-10.00 – 15.00hrs.

Rapport dwar l-ECG tiegħek ser jinħareġ mit-Tabib Konsulent.