Il-Klinika ta’ Reviżjoni tal-Iskoljożi tipprovdi servizz ta’ segwitu għat-tfal u l-adolexxenti djanjostikati li għandhom skoljożi ħafifa.

Il-Klinika ta’ Reviżjoni tal-Iskoljożi ta’ darbtejn fil-ġimgħa ssir f’Ħal Tarxien Community Clinic it-Tlieta u l-Ħamis wara nofsinhar u titmexxa mill-Primary Child Health General Practitioners. Referenzi għal din il-klinika jsiru minn tobba u infermiera mis-Servizzi tas-Saħħa tal-Iskola wara screening tal-iskoljożi fl-iskejjel, kif ukoll minn tobba minn Ċentri tas-Saħħa jew prattika privata.​

It-tfal jiġu segwiti sakemm jilħqu t-18-il sena, kif jitqies xieraq. Riferiment għal Kirurgu Ortopediku jitwettaq jekk il-grad ta ‘skoljożi jiggrava matul iż-żmien ta’ segwitu.