Mill-11 ta’ Awwissu 2012, id-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja daħħal klinika ġdida għall-benesseri, b’kollaborazzjoni mad-Down Syndrome Association.

Il-klinika hija maħsuba għall-individwi kollha b’Down Syndrome minn 16-il sena ‘l fuq.

F’dan is-servizz, adulti b’Down’s Syndrome jiġu segwiti b’mod ħolistiku permezz ta’ tim magħmul minn tabib u infermier. Il-ġestjoni preventiva kollha meħtieġa u s-segwitu tal-mard fit-tul huwa pprovdut f’din il-klinika. ​

Din il-klinika topera regolarment darba fil-ġimgħa minn żewġ kliniċi komunitarji differenti li huma l-Ħamrun u Ħaż-Żabbar.

Jistgħu jiġu riċevuti referenzi minn tobba privati, tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa, MDH, Allied Professionals, CDAU, Child Guidance Clinic, Adult Learning Disabilities Unit, Skejjel jew self-referred.

Għal aktar informazzjoni u/jew appuntament ikkuntattja:

Ms Josette Camilleri
Klinika tad-Down Syndrome tal-Adulti
Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara
Triq Tumas Fenech
Birkirkara
BKR 2527

Billi ċċempel liċ-Ċentru tas-Sejħiet għall-Kura tas-Saħħa Primarja fuq 21231231
jew Imejl: adsc.phc@gov.mt