FAQs

Sfortunatament, dan ma jistax jiġi garantit fiċ-ċentri tas-saħħa, minħabba x-xift tat-tobba u peress li m’hemmx sistema ta’ appuntamenti fis-seħħ. Madankollu, is-sistema tar-Reġistru Elettroniku tal-Pazjent tippermetti li t-tobba kollha jaraw il-fajl mediku tiegħek u konsegwentement jiżguraw il-kontinwità tal-kura.
Min-naħa l-oħra, l-istess ġabra ta’ tobba jkunu qed jarawk jekk tagħmel użu mis-sistema tal-appuntamenti tal-GP fil-PHC Community Clinics.

Kull ċentru tas-saħħa għandu amministratur ta’ Nursing Officer u Tabib (Prinċipal General Practitioner) li tista’ tirreġistra l-ilment tiegħek waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju jew bit-telefon jew żjara fuq il-post. L-ilmenti jistgħu jiġu rreġistrati wkoll permezz ta’ email fuq [email protected] , l-istaff tagħna jkun lest ħafna li jgħinek.

Iva għandna. Aħna nieħdu l-Protezzjoni tad-Data bis-serjetà ħafna sabiex wieħed ikun jista’ jpoġġu moħħu li d-dejta personali hija kkurata u protetta tajjeb ħafna. Tista’ titlob kopja tal-politika tal-privatezza tagħna mill-istaff amministrattiv ta’ kull ċentru tas-saħħa.

Link għall-Politika ta’ Privatezza tal-Kura tas-Saħħa Primarja​​

Iva tista. Il-persunal tal-amministrazzjoni tagħna jagħtik il-formola meħtieġa biex timla t-talba tiegħek.

Link għall-Formola ta’ Talba għal Data Personali​