L-EPR hija sistema li tissostitwixxi s-sistema eżistenti bbażata fuq il-karta fiċ-Ċentri tas-Saħħa u tipprovdi bażi robusta għaż-żamma tar-rekords tal-pazjenti mit-tobba tal-familja u professjonisti oħra tas-saħħa fil-Kura tas-Saħħa Primarja għal kontinwità mtejba tal-kura.