Informazzjoni ġenerali

Hemm żewġ spiżeriji li jaqgħu taħt il-mandat tad-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja:

-Spiżerija tal-Floriana

-Spiżerija ta’ Raħal Ġdid

Dawn l-ispiżeriji jinsabu fiċ-Ċentru tas-Saħħa rispettiv.

Il-klijenti b’dan qed jiġu notifikati li jistgħu jmorru fl-ispiżerija tal-preferenza tagħhom.

Eliġibilità għas-Servizz tal-Ispiżerija:

Detenturi ġodda ta’ Skeda V jistgħu jingħataw provvista ta’ xahar ta’ mediċina, jekk għadhom ma jkunux irreġistrati ma’ spiżerija privata, fuq bażi ta’ darba biss.

Id-detenturi kollha tal-Iskeda 2 (karti roża qodma), persunal, forzi armati, pulizija u TCN’S jistgħu jiġu fornuti bi trattamenti akuti.

N.B.

Huwa importanti li ġġib miegħek l-iskeda l-ġdida V, Skeda 2 valida, karta tal-identità, vouchers POYC u riċetti.

Oġġetti out of stock tal-POYC mhux se jkunu disponibbli minn dawn l-ispiżeriji.

Ikkuntatjana:

Spiżerija Raħal Ġdid: 21664890

Spiżerija Floriana : 21220740

Ħinijiet tal-ftuħ

Dispensarju tal-Floriana

Tnejn 7.45am – 2.00pm  
Tlieta 7.45am – 2.00pm  
l-Erbgħa 7.45am – 2.00pm  
il-Ħamis 7.45am – 2.00pm  
il-Ġimgħa 7.45am – 2.00pm  
is-Sibt 7.45am – 12.00pm
Dispensarju ta’ Raħal Ġdid
Tnejn 7.45am – 2.00pm  
Tlieta 7.45am – 2.00pm  
l-Erbgħa 7.45am – 2.00pm  
il-Ħamis 7.45am – 2.00pm  
il-Ġimgħa 7.45am – 2.00pm  
is-Sibt 7.45am – 12.00pm