Id-dipartiment tal-Kura Primarja nieda servizz ġdid tat-Telemediċina f’Marzu tas-sena 2020, biex jipprovdi kura kontinwa, aċċessibbli u sigura fil-komunita. Dan is-servizz jopera 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa. Iċ-Centru tal-Telemediċina bħalissa jiffunzjona minn faċilita apposta ġewwa s-Siġġiewi, mill-istess post li jiffunzjona iċ-Centru tas-Support tal-Klient (‘Client Support Centre’ jew CSC). B’hekk, dawn iż-żewġ entitajiet jitħaddmu b’sinerġija biexijkattru s-servizz għall-klijent.

Servizzi Kliniċi

Dan is-servizz remot kliniku huwa pprovdut minn tim magħmul minn speċjalisti tal-mediċina tal-familja, u tobba li qegħdin jispeċjaliżżaw f’dan il-qasam. It-tobba jikkomunikaw mal-pazjenti li jiġu irreġistrati, bit-telefon, fis-sistema elettronika tad-dokumenti tal-pazjent (‘Electronic Patient Records’ jew EPR), mill-Client Support Agents. Waqt il-konsulti ta’ kuljum, it-tobba jipprovdu pariri ġenerali mediċi, gwida dwar simptomi li jistgħu jesperjenzaw il-pazjenti, jisiltu u jikkowordinaw konsulti ġod-djar mat-tobba taċ-ċentri tas-saħħa, u jindirizzaw il-bzonnijiet tas-saħħa tal-pazjenti billi jiggwidawhom għas-servizzi li jeżistu bħalissa fil-komunita. Jistgħu wkoll jordnaw investigazzjonijiet, u jipprovdu informazzjoni dwar xi riżultati, fejn dan huwa indikat klinikament, bħal pereżempju każijiet fejn l-investigazzjonijiet ġew ordnati mit-tobba taċ-ċentri tas-saħħa. It-tobba jipprovdu wkoll support regolari għal klijenti fid-djar residenzjali, li jinkludu d-djar tal-anzjani.

It-tim kliniku tat-telemediċina jaħdem fil-viċin mas-servizzi tal-laboratorju ta’ Mater Dei. It-tobba jiġu nfurmati minnufih dwar riżultati li jvarjaw min-norma b’mod sinifikanti, ħalli niżguraw li l-pazjenti kkonċernati jiġu kkuntattjati b’mod f’waqtu, u li neskalaw il-kura kif inhu xieraq.

Konsulti Virtwali

Fejn huwa indikat, jistgħu isiru konsulti virtwali billi jintużaw pjattaformi siguri bħal Microsoft Teams u WhatsApp Business. Dan joffri mod viżwali sigur għall-konsulti kliniċi, b’servizz ħolistiku li jgħin l-assessjar kliniku u l-komunikazzjoni, waqt li jiggarantixxi il-kunfidenzjalita tal-pazjent.

Governanza Klinika u Dokumentazzjoni

Kull konsulta klinika hija dokumentata kompletament fl-EPR, is-sistema elettronika tad-dokumentazzjoni tal-pazjent fi ħdan il-Kura Primarja. Il-konsulti jsegwu mudelli strutturati u ibbasati fuq l-evidenza, ta’ konsulti tal-ispeċjalisti fil-mediċina tal-familja, biex tiġi offruta kura konsistenti u ta’ kwalita għolja. It-tobba li qegħdin jispeċjalizzaw fil-mediċina tal-familja jirċievu tagħlim ddedikat kemm fil-konsulti wiċċ imb’wiċċ u kemm fil-konsulti virtwali. L-attivita kurrenti (2025/2026) turi li jsiru sa 350 konsulta medika virtwali f’24 siegħa.

Tisħieħ tal-Kura fil-Komunita

Is-servizz tal-Kura Primarja tat-Telemediċina saret għodda importanti li tikkomplimenta konsulti li jsiru wiċċ imb’wiċċ, fil-kura tal-pazjenti tagħna. Dan is servizzz potenzjalment inaqqas min-nies li jirrikorru għal-kura ġoċ-Centri tas-Saħħa, waqt li jsaħħaħ l-aċċess għal pariri mediċi, isaħħaħ l-kontinwita fil-kura pprovduta, u jgħin biex titnaqqas il-pressjoni fuq iċ-ċentri tas-saħħa, waqt li tinżamm is-sigurta tal-pazjenti u l-ħaddiema.

Dettalji ta’ Kuntatt

Il-klijenti jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz billi jikkuntattjaw iċ-Ċentru tas-Support tal-Klijent (‘Client Support Centre’) fuq:

  • 21231231
  • 21222444

Dan is-servizz tal-Kura Primarja huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd.

Dan mhuwiex servizz tal-emerġenza. Biex tikkuntattja s-Servizzi tal-Emerġenza, ċempel 112. Jekk mintix ċert jekk is-sitwazzjoni hijiex emerġenza jew le, tista wkoll iċċempel 1400.

Telemediċina - Gwida

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.